Filmat: Ħalba xita fl-Imġarr f’nofs Lulju

Diversi qarrejja rrappurtaw ħalbiet tax-xita f’diversi lokalitajiet madwar Malta. Il-filmat juri x-xita fl-Imġarr mibgħut minn qarrejja ta’ Newsbook.com.mt.

Għalkemm fix-xhur sajfin mhux la kemm naraw xita f’Malta u f’Għawdex, kemm l-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u anke l-paġna Maltese Islands Weather fuq Facebook kienu ħabbru li għal-lum it-Tnejn kienet mistennija ħalba xita għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Dwar is-sitwazzjoni tat-temp għal-lum, l-Uffiċċju Meteoroloġiku qal li f’Malta se tinħass firxa ta’ pressjoni għolja li qed testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran.

It-temperatura għal-lum mistennija titla’ 30 grad Celcius filwaqt li tinħass daqs 32 grad.

Intant, is-sitwazzjoni kienet waħda qasira ferm hekk kif l-istess tbassir qed jindika li matul il-ġimgħa t-temperatura mistennija tkompli togħla għal 33 grad Celcius u l-Indiċi UV se jogħlew ukoll għal 12 lejn tmiem il-ġimgħa.

www.maltairport.com/weather

Filmat: Rosalie Muscat fuq info@newsbook.com.mt