Filmat: “Ħajti waqfet għal dan il-baby” – Mark Laurence

Mill-ġimgħa d-dieħla Mark Laurence Zammit se jkun qed jippreżenta l-programm ġdid L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa fuq TVM.

Fl-intervista Mark Laurence Zammit jiddeskrivi dan il-programm bħala tarbija li ġiet konċeputa fi żmien xahar u jitkellem ukoll dwar x’wieħed jista’ jsegwi waqt dan il-programm. Jiżvela wkoll li qed jaħdmu fuq bosta suġġett għall-ewwel programm li se jkun qed jixxandar min-nhar l-Erbgħa 1 ta’ Ottubru.

Iżda Mark kif qed iħossu issa li se jkollu din l-isfida biex imexxi programm kollu waħdu?

Segwi l-intervista sħiħa f’dan il-filmat.