Filmat: Ħajti fl-Afrika tgħini nifhem għalfejn jaħarbu tant immigranti – Sr Carmen Sammut

F'intervista ma' Newsbook, Sr Carmen Sammut, li riċentament ġiet eletta President tal-Għaqda Internazzjonali tas-Superjuri Ġenerali Nisa, tgħid li grazzi għall-esperjenzi tagħha f'bosta pajjiżi Afrikani, hija tista’ tifhem aktar minn fejn ġejjin l-immigranti rregolari li qed jaslu Malta.

Sr Camen, li dalgħodu ltaqgħet mal-Arċisqof Pawl Cremona fil-Kurja, ħadmet f’diversi pajjiżi fl-Afrika fosthom it-Tuneżija, l-Alġerija u l-Mawritanja.

Finalment, Sr Carmen Sammut fakkret kif il-poplu Malti dejjem kien poplu ġeneruż u li jilqa’ n-nies li jkunu fil-bżonn.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.