Filmat: “Ħajjitna nbidlet meta sirna nafu li Noel downs”

Mit-twelid ta’ Noel, il-ħajja ta’ familtu nbidlet kompletament. Għaldaqstant  oħtu Rose tgħid kif il-fatt li ħuha down syndrome jġegħilha tħobbu iżjed. 
“Sa 80 sena l-mamà kienet għadha tieħu ħsiebu”
Hi tirrakkonta kif ommhom baqgħet tieħu ħsiebu sal-età ta’ 80 sena, u tgħid kif missierhom kien iħobb joħorġu ta’ spiss. 
Rose bdiet tieħu ħsiebu hi, bl-għajnuna ta’ ħutha wara li l-ġenituri tagħhom mietu. 
“Qisek kellek membru tal-familja u telaq”
Rose tgħid li ħasset ferm in-nuqqas ta’ ħuha meta beda jgħix fid-Dar tal-Providenza. “Qisek kellek membru tal-familja u telaq,” spjegat.
Iżda hi tgħid kif issa Noel jinsab f’ambjent ferm aħjar, fejn hemm it-trankwillità u s-serenità, filwaqt li taf li hi u ħutha jistgħu jmorru jarawh kuljum. 
Noel jibqa’ jiftakar lil ħutu u Rose tgħid kif meta jmorru jarawh jifraħ ħafna u kważi jkun qisu qed jistennihom. “Pero issa qegħdin trankwilli għax nafu li issa qiegħed fil-post ideali,” kompliet tgħid.
“Għax b’hekk igawdi Noel, u jgawdi kulħadd”
Bħala ġest ta’ apprezzament lejn id-dedikazzjoni li d-Dar tal-Providenza għandha għal Noel, l-aħwa ddeċidew li minflok jixtru rigali lil xulxin, flimkien jagħtu donazzjoni sostanzjali lid-Dar tal-Providenza. Rose tgħid li b’din id-donazzjoni se jgawdi kemm ħuha, kif ukoll ir-residenti l-oħra. 

U inti, trid tgħin lil Noel, Christine, Tonio, Joseph, u s-Sor Guisina?

Kun parti mill-providenza nhar l-Ewwel tas-Sena billi tagħti donazzjoni għall-Festa ta’ Ġenerożità li se tgħin lir-residenti tad-Dar tal-Providenza biex ikollhom ħajja aktar indipendenti.
Biex tagħti donazzjoni ta’:
€10 ċempel fuq 516 02 012
€15 ċempel fuq 517 02 013
€25 ċempel fuq 518 02 014
Ibgħat SMS fuq 50618922 biex tagħti €7