Filmat: Ħajjet Santa Katerina mmużikata fiż-Żejtun

L-Għaqda Mużikali Beland ħa ttella’ l-Oratorju Dawl fuq is-Sinaj fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju mill-Premiere uffiċċjali li kien sar b’tifkira tal-1700 mill-martirju ta’ Santa Katarina V.M.
Il-kitba tal-Oratorju  hija ta’ Ray Sciberras u lirika ta’ Trevor Zahra. Se jieħdu sehem is-Sopran Rosabelle Bianchi, it-Tenur Charles Vincenti u l-kor 'Mirabitur' immexxi minn Simone Attard. Il-Banda Beland ser tkun qed teżegwixxi dan l-Oratorju mmexxija mis-surmast direttur Ray Sciberras.
Dawl fuq is-Sinaj ħa jittella’ nhar il-Ġimgħa li ġej fis-7:30pm, fil-Knisja Parrokkjali Santa Katerina, Iż-Żejtun.
Id-dħul huwa b’xejn.
L-Oratorju qiegħed jittella’ bil-kollaborazzjoni tal-Creative Communities Fund fi ħdan il-Malta Arts Council.