Waqt is-sensiela Game Over li qed tixxandar nhar ta’ Erbgħa fuq l-istazzjon One beda jitwassal filmat biex iqajjem kuxejnza fuq l-għajnuna li etżisti għal dawk li qed isofri sitwazzjonijiet ta’ cyber bullying, vjolenza domestika u revenge porn.
“Il-karattri li ninterpretaw f’Game Over huma fittizji iżda sfortunatment huma reali” ifakkruna Sinclair Mifsud, Glen Callus u Carlos Farrugia li għal dan il-filmat ingħaqdet ukoll magħhom Louise Doneo, protagonista ta’ Elf Metodu, fejn il-karattru tagħha, dak ta’ Karen, isofru minn forma ta’ abbuż mentali minn żewġha.
Din is-sensiela se terġa’ tixxandar mit-Tnejn 27 ta’ Jannar fid-9pm fuq One.
Fuq il-paġna Facebook ta’ Division 7 issa hemm ukoll dan il-filmat u fi kliem il-produtturi li jwasslu kemm Game Over u Division 7, qed iħeġġu lis-segwaċi tagħhom beix ixerrdu dan il-filmat.
Tajjeb ukoll li wieħed jieħu nota tan-numri fejn min għandu bżonn jitkellem jista’ wkoll ifittex l-għajnuna.
Dawn huma
Emerġenza – 112
Supportline – 179
Email: childwebalert@gov.mt

Ftakar li m’intix waħdek u li għajnuna teżisti!