Filmat: Identifikata u arrestata l-mara li serqet minn ħanut tas-sbuħija

Read in English.

Il-filmat li ttella’ Facebook ftit tal-ħin ilu juri mara li daħlet f’ħanut tas-sbuħija u rnexxielha tisraq basket ta’ klijenta li kienet dahra lejha titkellem ma’ persuna li taħdem fil-ħanut.

Is-serqa saret f’ħanut ġewwa l-Imriehel. Fil-filmat il-mara dehret tidħol, tpoġġi fuq siġġu wara waħda mill-klijenti u tpoġġi l-basket tagħha mal-art. Hi qabdet il-basket tal-klijenta u poġġietu dritt fil-basket tagħha li daħħlithu magħha minn barra.

Is-serqa saret fi ftit sekondi meta l-klijenta kienet aljenata titkellem mal-persuna li taħdem f’ħanut u meta ma kien hemm ħadd aktar iħares lejha.

Identifikata l-mara li serqet
Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija, il-mara li aktar kmieni llum dehret permezz ta’ filmat tisraq basket ta’ mara oħra ġiet identifikata. Il-mara ġiet arrestata ftit tal-ħin ilu u qed tinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.