Filmat: Ħabta fi Blata l-Bajda bejn tal-linja u karozza

Fl-aħħar ħin kien hemm ħabta bejn karozza tal-linja u vettura fi Blata l-Bajda.

Newsbook.com.mt jinsab fuq il-post. Il-każ seħħ fi Triq Nazzjonali għall-ħabta tas-1pm.

Il-ħabta kienet bejn karozza li tintuża għat-tgħallim tas-sewqan u karozza tal-linja. Waħda mill-karreġjata direzzjoni lejn il-Belt tinsab magħluqa u għaldaqstant inġema’ t-traffiku.

Il-karozza tal-linja kienet qed tinstaq minn raġel Eġizzjan ta’ 43 sena residenti Birżebbuġa, filwaqt li l-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 21 sena residenti Ħal Tarxien.

Il-mara ttieħdet l-isptar għall-kura u fejn ġiet iċċertifikata li qed tbati minn ġrieħi ħfief.

Filmat: Nicole Borg