Aġġornata (2): Filmat: 3 l-isptar wara ħabta f’Birżebbuġa; 2 gravi

Tliet persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Birżebbuġa. Tnejn minnhom qed isofru minn ġrieħi gravi.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt  li l-ħabta seħħet fid-9.10am fi Triq Għar Dalam.

Waħda mill-karozzi kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Kalkara, li għandu ġrieħi ħfief. Il-karozza l-oħra kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 80 sena li kellu passiġġiera mara ta’ 72 sena. Dawn weġġgħu b’mod gravi. It-tnejn joqgħodu  Birżebbuġa.

Minn filmat li ntbagħat lil Newsbook.com.mt jidher li l-ħabta seħħet bejn żewġ vetturi bil-konsegwenza li waħda minnhom spiċċat daħlet f’ħajt.