L-Għanafest huwa strumentali biex jagħti ċans lin-nies jesperjenzaw il-mużika, l-ikel, l-artiġjanat u ħiliet li huma f’riskju li jintilfu fid-dinja moderna tagħna.
Newsbook.com.mt iltaqqa’ ma’ numru ta’ parteċipanti li spjegaw x’ha jagħmlu eżattament matul dan il-festival annwali tant mistenni.
F’dan il-filmat, niltaqgħu ma’ Joan Agius, viċi-sindku taż-Żejtun li titkellem dwar il-logħob tradizzjonali.
L-Għanafest, li huwa organizzat minn Festivals Malta, se jsir fil-Ġonna tal-Argotti fil-Furjana fil-21 u t-22 ta’ Ġunju, il-biljetti huma disponibbli minn www.kultura.mt u ħa jkunu għal bejgħ mal-bieb ukoll.
Filmat: Malcolm Agius
Intervista: Coryse Borg
Muntaġġ: Sarah Salafia