Filmat: Ġużi fuq min se tgħasses?

F'Ġieħ L-Imħabba 5

Wara waqfa ta’ ġimgħa minħabba fix-xandiriet marbuta mal-budget, TVM illejla se jkompli b’episodju ieħor ġdid mis-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba fejn se naraw x’għamlet Karla xħin reġgħet lura d-dar t’ommha u x’ġaralha xħin daħlet fil-kamra tas-sodda? Min daħal fil-kamra tagħha wara ftit u x’ġaralha?

Ġużi terġa’ lura d-dar. X’se jgħidilha missierha u hi x’se tgħidlu rigward Laura u Emilio? Se jaqbel magħha jew le?

Bernardette u Agata imorru għand Ċetta. X’se tgħidilhom xħin jaslu? Germana ċċempel lil Giuseppe. X’se jiftehmu dwar uliedhom? U Pippo u sieħbu x’ġara minnhom?

Salvatore imur lura d-dar. Min se mar jarah l-għada filgħodu? Emilio jgħid lil Laura li kellu laqgħa. Fejn fejn tassew mar fil-jum tal-Ħadd? Ma’ min se jiltaqa’. Min se jkun hemm jarah? Fejn se tmur Karla? U min se jmur jiltaqa’ magħha?

Dan hu dak li ġara fl-episodju ta’ ħmistax ilu:

Dan hu dak li se jiġri fl-episodju li se jixxandar illejla:

F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni fuq TVM il-Ħadd fil-11.30pm.