Filmat: “Ġurnata sewda għall-futbol Malti” – Gerard Ellul

Valletta FC Team Manager Gerard Ellul on 103

Premier League: Valletta FC Team Manager Gerard Ellul on 103, following yesterday's decision.

Posted by 103 on Monday, May 25, 2020

Dalgħodu waqt 103 Breakfast Arthur Caruana u Jesmond Saliba tkellmu ma’ Gerard Ellul, it-tim manager tal-Belt Valletta li ddeskriva l-iżviluppi tal-bieraħ bħala “ġurnata sewda għall-futbol Malti”.

Huwa qal li l-kampjonat ma kellux jiġi assenjat lil xi ħadd b’votazzjoni fil-Kunsill. Huwa qal li jinsab ċert li dak li wassal biex ħafna klabbs biex jivvuttaw jew jastjenu kien biex jivvuttaw kien biex ikun hemm vot kontra l-Valletta FC.

Hu kompla jgħid li dak li ġara lbieraħ se jippruvaw jitfgħuh warajhom però hu qal li issa l-motivazzjonijiet tagħhom se jissaħħu biex jaħdmu biex is-sena d-dieħla jaħdmu biex iżommu l-isem tal-klabb tal-Belt fil-post fejn jixraqlu.

Iżda kieku l-istorja kienet bil-kontra u l-Valletta kienet tiġi fl-ewwel post, kif kienu se jirreaġixxu?

Segwi l-intervista sħiħa f’dan il-filmat.