Filmat: Ġurnata ddominata mill-bandiera Maltija

Mijiet ta’ Maltin wieġbu għas-sejħa tal-Gvern biex itellgħu l-bandiera fuq il-bjut jew idendluha mill-gallariji.

Dan sar bħala sinjal ta’ kuraġġ qalb dan iż-żmien ta’ sfida li ħoloq il-coronavirus. Illum il-Maltin kienu kuntenti bl-aħbar li fiequ 19-il persuna oħra mill-COVID-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qed jibgħu jappellaw lin-nies biex jibqgħu d-dar biex jevitaw milli jxerrdu l-virus.

Illum is-Soċjetà Mużikali Beland miż-Żejtun ħejjiet filmat speċjali li juri l-bnadar li ttelgħu fiż-Żejtun.

Newsbook.com.mt irċieva wkoll ritratti meħudin mis-Siġġiewi u minn Ħal Luqa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn