Filmat: Ġurnalisti jipprotestaw bil-qawwa f’Kastilja

Read in English.

Wara konferenza tal-aħbarijiet li ssejħet f’Kastilja fit-3am, ġurnalisti u membri oħra tal-midja ma tħallewx joħorġu mis-sala fejn saret il-konferenza.

Persuni, li ma identifikawx irwieħhom, minkejja li ntalbu repetutament mill-midja, qagħdu mal-bieb u ma ħallewx lill-ġurnalisti joħorġu. Il-ġurnalisti pprotestaw bil-qawwa wkoll, li wara d-diskors tal-Prim Ministru, ingħata ħin qasir ħafna għall-mistoqsijiet.

Fost il-ġurnalisti li kien hemm ġewwa, kien hemm wieħed minn ulied il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.