Filmat: Ġurnalist jinqabad jilgħab Pokémon waqt konferenza

Jidher li l-famuża Pokémon Go ma ħaditx biss ras it-tfal u ż-żgħażagħ.
Ġurnalist inqabad jilgħab il-logħba waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha, kelliem għall-White House kien qed jitkellem dwar l-Istat Iżlamiku.
"Inti donnok qed tilgħab il-Pokémon," qallu John Kirby waqt li waqqaf il-konferenza.
Il-ġurnalist ma nħebiex wara subgħajh u ammetta.
Meta staqsih jekk qabadx xi wieħed, il-ġurnalist kompla miegħu u qallu li l-wifi ma tantx hu b'saħħtu."
"Jiddispjaċini," dlonk wieġbu l-kelliem.