Filmat: Grupp ta’ immigranti tal-Alan Kurdi jitilqu għal Franza

Read in English.

Grupp ta’ immigranti li waslu Malta wara li ġew salvati mill-bastiment Alan Kurdi fis-7 ta’ Lulju u fl-4 ta’ Awwissu telqu llum għal Franza.

Il-bastiment Alan Kurdi huwa operat mill-NGO Sea Eye. Fi stqarrija l-Gvern spjega li l-immigranti ġew assistiti mill-awtoritajiet lokali, l-Awtorità Internazzjoni għall-Immigrazzjoni (IOM) u uffiċjali mill-Ambaxxata ta’ Franza f’Malta.

Aqra: Aġġornata: Jaslu Malta l-40 immigrant salvati mill-Alan Kurdi

Ir-rilokazzjoni saret bħala parti mill-ftehim ad hoc li sar bejn il-Kummissjoni Ewropea, Malta u Stati Membri Ewropej oħrajn.

Aqra: L-40 immigrant se jiddaħħlu Malta iżda se jitqassmu mal-pajjiżi tal-UE – Joseph Muscat

Filmat: DOI