Filmat: Grupp differenti mill-oħrajn f’X Factor

    Diġà rajniehom bħala solisti u llejla qed narawhom bħala grupp. Dawn huma Hayley Azzopardi, Ylenia Camilleri u Michela Abdilla.

    Iħossu li bħala grupp huma xi ftit differenti minn xulxin. Mill-wirja tagħhom jidhru li huma preparati u jidher li huma determinati li jimxu ‘l quddiem.

    Il-ġurija tidher impressjonata.

    “L-għażla tal-kanzunetta kienet preċiża li taqbel mal-personalità tagħkom,” ikkummenta Howard li saħaq ukoll li jridu jaħdmu fuq il-preżenza tagħhom fuq il-palk.