Filmat: “Grazzi Maria talli ssagrifikajt ħajtek għalijja” – Bjorn

Illum jum speċjali għal Bjorn Formosa u martu Maria hekk kif qed jiċċelebraw it-tielet anniversarju taż-żwieġ tagħhom.

“Għaddew tlett snin diġà mill-jum tat-tieġ tagħna. Jien kont ngħid li kien ikun miraklu li kieku kien jirnexxielna niċċelebraw imqar anniversarju wieħed minġabba fil-kundizzjoni tiegħi. Iżda qegħdin hawn niċċelebraw it-tielet wieħed tagħna,” hu parti mill-messaġġ li Bjorn Formosa kiteb illum fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook  f’okkażjoni tat-tielet anniversarju tat-tieġ tiegħu ma’ Maria.

Ritratt: Facebook/BjornFormosa

Il-mesaġġ, miktub b’sinċerità u mill-qalb jiddeskrivi r-relazzjoni ta’ din il-koppja hekk kif kuljum jiffaċċjaw bosta ostakli, iżda fi kliem Bjorn stess, huma għandhom lil xulxin.

“Inħobbok Maria u grazzi talli ssagrifikajt ħajtek għalijja,” item jgħid il-messaġġ.

Jekk f’dan il-jum speċjali għal Bjorn u Maria tixtieq tgħin billi tagħti donazzjoni, idħol fis-sit www.alsmalta.org