Filmat: “Grazzi għalikom, ħafna qed jaqtgħu xagħarhom għall-parrokki”

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet mal-istilisti tax-xagħar li qed jikkoperaw mal-Malta Community Chest Fund fl-inizjattiva tal-parrokki maħduma minn xagħar il-Maltin u l-Għawdxin, biex jintużaw minn persuni li jaqgħalhom xagħarhom bil-kanċer.
Il-President irringrazzjat lill-istilisti li permezz tal-inkoraġġiment u ħinhom, għadd ta’ Maltin u Għawdxin qed jaqtgħu xagħarhom biex jagħtu kuraġġ u dinjità lil dawn il-persuni.
L-inizjattiva tal-MCCF bdiet din is-sena wara ħidma mill-Uffiċċju tal-President, fejn Matilde Cordina, voluntiera tal-MCCF, ġietha l-idea biex tittaffa t-tbatija tal-persuni bil-kanċer.
Inħadem ukoll filmat apposta biex l-istilisti jkunu jafu kif eżatt jistgħu jippreparaw ix-xagħar li jinqata’ apposta biex jinħadem bħala parrokka.
Filmat: MCCF
Ritratti: DOI