Filmat: Grace Ellul taqsam l-esperjenza tagħha bħala frontliner

Grace Ellul

Waqt Sibtek li se jixxandar illum fis-1.15pm fuq TVM niltaqgħu mal-artist żagħużgħ Miguel Magri magħruf bħala Mr M li jitkellem ma’ Ryan rigward l-problemi ta’ saħħa li għadda minnhom u minkejja kollox xorta waħda wettaq il-ħolm tieghu imma fadallu ħolma waħda. X’inhi?

Melanie Kelly tiżvela s-sitwazzjoni tal-ħajja tagħha minn meta sseparat u dak li għaddiet minnu.

Niltaqgħu ma’ Grace Ellul, front liner u l-esperjenza tagħha fil-preżent.

Il-koppja Noel u Christopher Vella Galea jitkellmu fuq l-adozzjoni tat-tifel tagħhom Daniel u t-tbatijiet li sarfu f’ferħ. Daniel x’sorpriża lesta għal-papajiet tiegħu fuq Sibtek tal-lum?

Sibtek Speċjali is-Sibt li ġej mimli personalitajiet li għandhom storja x’jaqsmu magħna. Programm fejn fih ser issiru tafu ħafna affarijiet li ma kontux tafu qabel. Sibtek is-Sibt fis- 13:15 fuq TVM

Posted by Sibtek on Monday, November 16, 2020

Sibtek huwa ppreżentat minn Ryan Borg u Josmar u jixxandar fuq TVM fis-1.15pm. Il-programm ikollu repetizzjoni fil-11.30pm.