Filmat: Ġnien Spencer se jinbidel f’żona ta’ rikreazzjoni

Ġnien Spencer je jkun qed jinbidel f’żona ta’ rikreazzjoni għat-tgawdija tal-familji tal-irħula tal-madwar. Dann ħabbru l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u tibdil fil-Klima José Herrera fejn qal li matul iż-żmien dan il-post spiċċa post għall-abbuż. Huwa qal li dan il-ġnien li jmiss ma’ diversi lokalitajiet fosthom il-Marsa, il-Furjana, il-Ħamrun u Tal-Pietà tħalla fi stat ta’ abbandun u spiċċa dilapitat.

Il-Ministru Herrera sostna illi ġonna bħal ma huwa dan għandhom jiġu rranġati għat-tgawdija tal-familji taż-żona tal-madwar. Żied li fil ġimgħat li għaddew tħabbar ukoll li ser jinbeda l-Ġnien Belveder fl-istess lokalità.

Il-Ministru Herrera qal kif dan il-ġnien huwa stmat li jista’ jlaħħaq il-miljun ewro, fuqu se jsir xogħol estensiv ta’ riġenerazzjoni li tinkludi installazzjoni ta’ servizzi bħal dwal, cctv, irrigazzjoni u għamara tal-ġonna kif ukoll installazzjonijiet biex jitaffa l-ħsejjes tal-karozzi.