Filmat: Ġlieda kbira fl-Università ta’ Malta

Aktar kmieni llum waranofsinhar, l-istudenti tal-Liġi u tal-Arkitettura organizzaw ġlieda bl-ilma fl-Università ta' Malta stess.
Miżbugħin bl-iswed u l-blu, l-istudenti kienu armati sa snienhom bil-bżieżaq bl-ilma, bil-bnadar u bis-sireni li taw aktar ħajja lil-bini tal-Università
Din il-ġlieda bl-ilma tniżżlet fil-kalendarju ta' dawn l-istudenti hekk kif ilha tittella' għal dawn l-aħħar tmien snin. 
Waħda mir-regoli ta' din il-ġlieda hi li l-istudenti jridu jaħtfu lill-president tal-organizzazzjoni l-oħra u jieħduh fuq in-naħa tagħhom.
Din is-sena il-ġlieda ntrebħet mill-organizzazzjoni studenteska tal-periti SACES billi ħatfu lill-president tal-ELSA li hi l-organizzazzjoni tal-istudenti tal-Liġi. 

Filmat: Reel8 Productions
Ritratti: M. Agius