Filmat: Ġlieda b’fallakka bejn 5 fl-Imsida

Ġlieda bejn ħamest irġiel qrib il-Junior College fl-Imsida, ġiet ikkontrollata fi ftit minuti.
Il-każ seħħ matul il-ġurnata tal-bieraħ, meta ħamest irġiel barranin li mhumiex studenti tal-Junior College, bdew jiġġieldu f’nofs tat-triq, fejn ħin minnhom anke l-karozzi kellhom jieqfu. Hu mifhum li waqt il-ġlieda ntużat ukoll fallakka
Il-pulizija marru immedjatament fuq il-post u kkalmaw is-sitwazzjoni li nqalgħet fuq argument żgħir. Fuq il-midja soċjali ssemma li l-argument beda fuq flixkun ilma.