Filmat: Ġlied bejn partitarji tal-Furjana wassal għall-intervent tal-Protezzjoni Ċivili

Ġlied bejn partitarji tat-tim tal-futbol tal-Furjana wasal biex tissejjaħ l-protezzjoni ċivili biex tassisti lill-pulizija biex tferraq l-istess partitarji.

L-inċidenti seħħew għall-ħabta ta’ 18.30pm hekk kif intemmet il-partita futbol bejn l-istess Floriana u Gudja United, fejn dawn tal-aħħar wettqu sorpriża billi għelbu lil-leaders 2-1.

L-istorbju beda fuq l-istands hekk kif intemmet il-partita hekk kif il-partitarji tal-Greens infexxew jgħajjru lill-plejers tagħhom bl-inkwiet ikomplu barra l-istadium taċ-Ċentinarju.

Is-sitwazzjoni ġiet għan-normal ftit wara anki bl-għajnuna ta’ uħud mill-partitarji stess li ferqu lill-sħabhom. Il-plejers tal-Furjana damu ħin twil maqfula ġewwa sakemm is-sitwazzjoni barra kkalmat.