Filmat: Ġkieket ta’ salvataġġ li jixtru l-mewt

Minkejja l-isem li jġibu l-ġkieket tas-salvataġġ, kienu huma stess il-kawża tal-mewt ta' 30 refuġjat Sirjan li għerqu qrib il-kosta Torka din il-ġimgħa. Fost it-30 katavru kien hemm sebat itfal.
Ħafna huma r-refuġjati li jagħżlu li jixtru ġkieket bi prezz orħos għax buthom ma jkunx jiflaħ il-prezz ta' €138 li jiswew ġkieket tas-salvataġġ ta’ kwalità ogħla.
Madanakollu qed jiġu ingannati għax ma jafux li dawn il-ġkieket mhux se jsalvawhom.
F’rejd li sar f'fabbrika, l-awtoritajiet Torok skoprew li l-ġkieket kienu magħmulin minn sponoż li jassorbu ħafna ilma, li jwasslu biex persuna ma żżommx fil-wiċċ u ttemm ħajjitha.
Dan jikkonkludi li l-prezz tal-ħajja jiswa ferm iktar minn investiment egoist!