Filmat: “Giuseppe se jiskopri xi ħaġa li se tbiddel l-istorja kollha” – Evelyn

Fl-edizzjoni l-ġdida ta’ Let’s Chat, Frederick Zammit jitkellem ma’ Evelyn Saliba La Rosa li titkellem dwar kif twaqqaf il-ġbid tas-sensiliet Ħbieb u Għedewwa, Sorelle u F’Ġieħ L-Imħabba biex b’hekk ħadu ħsieb is-saħħa u s-sigurtà tal-atturi u l-crew involuti fis-sensiela. Titkellem ukoll dwar ir-reazzjoni tal-atturi meta saru jafu li l-ġbid fuq dawn is-sensiliet kien se jieqaf.

La darba jibda’ l-filming kif se jiġu effettwati l-iskripts biex dejjem jimxu mal-miżuri ta’ prekawzjoni? Kif qed tiġi effettwata l-kitba ta’ dawn is-sensiliet minħabba li qed jaħdmu minn postijiet differenti?

Mill-qasam personali Evelyn titkellem kif din is-sitwazzjoni effettwat il-familja tagħha kif ukoll se niskopru xi ħaġa interessanti dwarha.

Iżda fuq kollox x’se tkun qed tiżvela dwar dak li se jkun qed jiġri fis-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba?

Segwi l-intervista sħiħa permezz tal-filmat f’din il-paġna.