Filmat: Giorgia Borg tniedi l-vidjow ta’ 10

Il-kantanta żagħżugħa Giorgia Borg illejla nediet il-vidjow tal-kanzunetta oriġinali 10 li biha kienet ipparteċipat fil-Malta Junior Eurovision tal-2018, u aktar tard ħadet ukoll sehem biha fil-kompetizzjoni Britain’s Got Talent.

Bl-interpretazzjoni tagħha ta’ din il-kanzunetta waqt Britain’s Got Talent, Giorgia Borg kienet ukoll kisbet il-famuż Golden Buzzer.

Kienu ħafna li ilhom jistennew aktar minn Girogia Borg u issa jidher li l-kantanta sa fl-aħħar qed taqta’ x-xewqa ta’ bosta.

Prosit tassew Giorgia! Bla dubju li se nkunu qed nistennew ħafna aktar minn għandek!