Filmat: Ġimagħtejn wara l-inċident kollox għadu l-istess

Ġimagħtejn wara li seħħ inċident fi Triq Dun Gejtanu Mannarino, f'Birkirkara, il-ħsara li saret għadha ma ġietx irranġata.
Newsbook.com.mt mar fuq il-post u ra b'għajnejh li ċ-ċint li ħabtet miegħu l-karozza għadu ma nbeniex u għad hemm il-ġebel mal-art u l-ħadid għadu maqlugħ.
Ta' min jgħid ukoll li l-karozza li ntlaqtet fil-ħabta għadha hemm ukoll. 
Dawn il-perikli kollha jistgħu faċilment iwasslu għal-inċident ieħor l-aktar fejn jidħlu in-nies u t-tfal mixjin fuq il-bankina. 
Il-ħabta saret il-Ħadd 10 ta’ Awwissu, meta żagħżugħ baqa’ dieħel bil-karozza fil-ħadid, bil-konsegwenza li spiċċa fil-wied ta’ fejn id-Dipartiment tal-VAT f’Birkirkara.