Filmat: Għotja sa €3,000 għal min jinvesti fil-pannelli

Il-Ministru għall-Enerġija Michael Farrugia ħabbar li l-Gvern se jkun qed joffri għotja sa massimu ta’ €3,000 għal kull sistema ta’ pannelli fotovoltajiċi. Żied jgħid li l-feed-in tariff se tkun garantita b’rata ta’ 10ċ5 għal kull unit għal 20 sena.

Fi stqarrija, il-Ministru Farrugia spjega li b’dan l-arranġament, il-konsumatur se jkun qed jirkupra l-ispejjeż kollha tal-investiment li jagħmel fi żmien qasir.  Saħaq li dan hu sforz ieħor biex Malta tilħaq il-miri ambjentali dwar l-enerġija rinovabbli tal-2020.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lir-Regolatur għas-Servizzi tad-Dawl u l-Ilma, fejn wieħed jista’ jsib ukoll informazzjoni dwar skemi attraenti għas-settur kummerċjali.