Filmat: Għinu lil min ikun vittma tal-bullying – l-Arċisqof lill-istudenti

Fil-bidu ta’ sena skolastika ġdida, l-Arċisqof Charles Scicluna appella lill-istudenti biex jgħinu lil dawk fosthom li jkunu vittmi tal-bullying billi jiddefenduhom u mhux ikunu kompliċi tal-inġustizzja.

Qalilhom “jekk ikun hemm xi ħadd vittma tal-bullying, importanti li inti tieqaf tiddefendih”.

Appellalhom ukoll biex minbarra r-rispett bejn xulxin, juru rispett lejn l-għalliema, professjoni li skont l-Arċisqof hija għas-servizz lejn il-pajjiż.

Fil-messaġġ tiegħu li se jkun qed jintwera lill-istudenti kollha fl-iskejjel tal-Knsija, l-Arċisqof jispjega lill-istudenti li l-għalliema qiegħdin jieħdu ħsiebhom mhux biss għax ikunu imħallsa jew minħabba l-karriera li għandhom iżda biex ikunu ta’ servizz lil pajjiż.

Ħeġġeġ lill-istudenti biex juru solidarjetà bejniethom u hekk isaħħu l-ħbiberiji.

Sostna wkoll li s-sigħat tal-lezzjonijiet għandhom ikunu moment fejn jikbru fl-għaqal, fl-għerf u anki fir-rispett bejn xulxin. Huwa spjega lill-istudenti li permezz tal-formazzjoni edukattiva tagħhom qed jagħtu servizz lis-soċjetà.

Fakkarhom ukoll biex ifittxu lil Alla biex jitolbuh maħfra fejn hemm bżonn iżda fl-istess waqt qal li Alla iħobb u jfittex lil kulħadd.

Aqra l-messaġġ sħiħ hawnhekk.