Filmat: Għinhom jidentifikawh u jagħtuk €300

Ħanut li jinsab fi Triq Bwieraq f’Birkirkara qed joffri premju ta’ €300 għall-persuna li tgħinhom jidentifikaw ir-raġel li daħal jisraq mill-ħanut tagħhom fil-jiem li għaddew.
Il-kamera tas-CCTV irnexxielha taqbad lir-raġel fil-fatt meta fit-18 ta’ Frar, għall-ħabta tas-6pm, b’xi mod fetaħ il-bieb tal-ħanut u daħal jipprova jisraq il-flus mill-cash register.
Madanakollu, telaq b’idu f’idu hekk kif is-sidien tal-ħanut ma ħallewx flus jiġru fil-ħanut matul tmiem il-ġimgħa, meta dan kien magħluq.
Skont is-sidien tal-ħanut, din hija t-tieni darba li r-raġel ipprova jidħol jisraq mingħandhom u għaldaqstant installaw sistemi tal-alarm sabiex jiġu mgħarrfa meta jipprova jisraqhom xi ħadd.
Ir-raġel li deher liebes beritta sabiex jipprova jaħbi l-identità tiegħu, jidher li nesa’ jilbes ingwanti u għaldaqstant għamilha aktar faċli li l-pulizija jkunu jistgħu jidentifikawh permezz tal-marki tas-swaba li ħalla kemm mal-bieb, kif ukoll mal-cash register.
Filmat: Gabriel Zammit