Filmat: Għin lill-Pulizija ssib il-ħalliel; jisraq laptop minn karozza

Read in English.

Fuq Facebook żagħżugħ tella’ filmat minn CCTV camera ta’ raġel li kisser it-tieqa tal-karozza tiegħu u seraq laptop.

Fil-filmat ir-raġel deher jippasiġġa ħdejn il-karozza wara li mexa ftit metri ‘l bogħod, ir-raġel reġa’ lura u kisser il-ħġieġa. F’idejh kellu wkoll torċ biex ikun jista’ jara x’hemm fil-karozzi.  Iż-żagħżugħ qal li dan il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.00am u l-karozza kienet ipparkjata Tas-Sliema.

Iż-żagħżugħ spjega li mhux is-soltu li jħalli l-laptop fil-karozza iżda l-ġurnata ta’ qabel kien għajjien u nesa jieħu l-laptop. Huwa talab l-għajnuna tal-pubbliku u kull min għandu xi infomazzjoni jista’ jgħaddiha lill-Pulizija.