Filmat: Għin lil xi ħadd jieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħu – Richmond

Il-Fondazzjoni Richmond għandha bżonn l-għajnuna tiegħek biex tkompli toffri s-servizzi tagħha fil-qasam tas-saħħa mentali, partikolarment il-proġett Gift of Therapy.

Individwi u kumpaniji jistgħu joffru sapport finanzjarju lill-Fondazzjoni Richmond permezz tal-Gift of Therapy. Id-donazzjonijiet jgħinu lill-Fondazzjoni Richmond sabiex tipprovdi terapija b’xejn lil min għandu bżonn imma ma jiflaħx iħallas għaliha. Donazzjonijiet iżgħar jistgħu isiru permezz ta’ SMS. Kontribuzzjonijiet ikbar, bħal minn kumpaniji, jistgħu isiru permezz ta’ trasferiment bankarju jew ċekk.

Is-servizz tal-Gift of Therapy jingħata mhux biss lill-pubbliku li jkollu bżonn servizz ta’ terapija iżda m’għandux minn fejn iħallsu, iżda wkoll lill-impjegati tagħha u lill-klijenti li jgħixu fir-residenzi. Is-sessjonijiet isiru minn terapisti tal-Fondazzjoni Richmond. Minħabba l-prekawzjonijiet meħudha waqt il-COVID-19, is-sessjonijiet kollha qegħdin isiru online.

Permezz tat-terapija, il-persuni jiżviluppaw u l-karattru tagħhom jissaħħaħ biex ikunu jistgħu jaffaċċjaw id-diffikultajiet li jkunu għaddejjin minnhom b’mod aħjar. It-terapija tgħin ukoll lil dawk il-persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali kroniċi sabiex jiżviluppaw ħiliet aħjar. Is-sessjonijiet ta’ terapija joffru opportunità biex jiġu trattati sitwazzjonijiet li jolqtu lill-persuna b’mod negattiv, u biex il-persuna issib appoġġ. Mhux kull min għandu bżonn terapija għandu l-mezzi biex iħallas għaliha.

Kif tista’ tagħmel id-donazzjoni tiegħek?

  1. Permezz ta’ trasferiment bankarju:
    • BOV: 15802846062 – IBAN: MT45VALL22013000000015802846062 – Dettalji bankarji: Bank Fleur De Lys Road, St. Venera
    • HSBC: 027078732001 – IBAN: MT14MMEB44277000000027078732001 – Dettalji bankarji: HSBC Bank No.1, Naxxar Road, B’Kara
    • APS: 2000100397-2 – IBAN: MT65APSB77046006498420001003972 – Dettalji bankarji: APS Centre, Tower Street, B’Kara BKR4012
    • Importanti li fid-dettalji ta’ trasferimenti bankarji titniżżel “donazzjoni”.
  2. Permezz ta’ ċekk:
    • Dettalji taċ-ċekk: Payable to Richmond Foundation
  3. Tista’ tagħmel donazzjoni permezz ta’ SMS fuq:
    • 50618093 għal €4.66
    • 50619235 għal €11.65
  4. Online billi tuża l-paġna elettronika www.richmond.org.mt/donate

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn