Filmat: Għax Malta żgħira; kulħadd joqgħod attent – l-Ombudsman

L-Ombudsman qal li f’Malta hemm diffikultà għax huwa pajjiż żgħir allura min jilmenta kontra l-Gvern joqgħod aktar attent.

L-Ombudsman Anthony Mifsud qal lil Newsbook.com.mt li peress li Malta żgħira, dawk li jilmentaw ikunu jafu lil xulxin. L-irwol tal-Ombudsman huwa li jistħarreġ l-azzjonijiet tal-Gvern. L-Ombudsman ta’ spiss jaġixxi bħala medjatur bejn iċ-ċittadin li jħoss li sofra inġustizzja u l-awtorita` pubblika li dwarha sar l-ilment. 

Id-delegazzjoni tal-MEPs li ġiet tinvestiga s-sitwazzjoni politika f’Malta ltaqgħet ma’ Mifsud fil-Belt Valletta. Mifsud qal lil Newsbook.com.mt li l-MEPs staqsew dwar it-tip ta’ xogħol li jagħmel l-uffiċċju tiegħu.

Mifsud qal li huma jiffokaw fuq kwistjonijiet amministrattivi u mhux dawk kriminali.

Filmat: Christoph Schwaiger