Filmat: Għasfur protett misjub imdemmi fl-Addolorata

L-għaqda mhux governattiva BirdLife Malta qalet li dalgħodu sabet astun iswed midrub fiċ-ċimiterju tal-Addolorata wara li sparawlu, meta l-istaġun tal-kaċċa hu magħluq, u fiż-żona hija pprojbita l-kaċċa. L-astun iswed huwa għasfur protett.

F’kitba fuq Facebook, BirdLife qalet li xi nies ċemplulha biex jirrappurtaw din il-kaċċa illegali. Huma marru l-Addolorata fejn sabu l-astun iswed mal-art. Il-pulizija ġew infurmati u qegħdin jinvestigaw il-każ.

L-għaqda żiedet tgħid li siegħa wara din is-sejba tal-għasfur imdemmi, irċivew telefonata oħra dwar gamiema mweġġgħa qrib skola fil-Birgu. Din ittieħdet għand il-veterinarju tal-Gvern.

L-istaġun tal-kaċċa ilu li għalaq erbat ijiem.

This morning we have been called to attend at Addolorata Cemetery where we found this #BlackKite which was shot down and…

Posted by BirdLife Malta on Saturday, May 4, 2019