Filmat: “Għas-sena l-ġdida nixtieq il-libertà u l-indipendenza”

“Nixtieq aktar libertá, indipendenza u relazzjoni ma’ tfajla li verament tħobbni u taċċettani kif jien.”
Dawn huma wħud mix-xewqat ta’ Matthew*, persuna b’diżabilità li jħossu ssikkat bil-protezzjoni żejda tal-ġenituri tiegħu.
Dawn ix-xewqat jista’ jkun jikkuntrastaw max-xewqat materjali  ta’ persuni oħra għal din is-sena l-ġdida.
Qal li jixtieq li ommu tieqaf titrattaħ ta’ tifel żgħir u tħallih jieħu ċertu deċiżjonijiet waħdu fosthom x’jilbes, kif jagħmel xagħru, jew sempliċiment biex jagħmel kafè.
Ma’ Newsbook.com.mt Matthew* tenna kif ta’ aktar minn 30 sena hu jħoss id-dritt ta’ ċertu indipendenza.
Spjega li l-protezzjoni żejda tal-ġenituri tiegħu taffetwah ħażin b’mod psikoloġiku.
Matthew talab lil ommu biex turi iktar fiduċja fih, tinkoraġġih u tkun pożittiva biex jakkwista l-indipendenza li jixtieq.  
*Matthew huwa isem fittizju.
Filmat: Reel8 Productions