Filmat: “Għandna l-ikbar numru ta’ proġetti mal-Knisja” – Il-Ministru

Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li l-ikbar numru ta’ proġetti li għandu l-Ministeru tiegħu huma mal-Knisja.

F’kummenti li għadda lil Newsbook.com.mt, il-Ministru qal li l-Knisja u l-Gvern għandhom relazzjoni tajba ħafna li twassal għal għadd ta’ proġetti soċjali kollaborattivi. Stqarr li l-Gvern jirrikonoxxi r-ruħ soċjali tal-Knisja, li minn dejjem kienet ewlenija fil-ħidma tagħha fis-soċjetà.

Semma kif il-maġġoranza tal-baġit tal-Ministeru jintefaq fuq proġetti mal-Knisja, li jvarjaw bejn proġetti għat-tfal u għall-anzjani, kif ukoll proġetti mal-Caritas, pereżempju. Il-Ministru ġab eżempju b’Dar Alberto Marvelli li nfetħet mill-Ministeru u mill-Knisja l-ġimgħa li għaddiet, għal żgħażagħ bla saqaf fuq rashom.

Semma wkoll ċentru ġdid ta’ riabilitazzjoni li se jinfetaħ għal persuni li għandhom taħt it-18-il sena.

Qal li proġetti bħal dawn jgħinu biex tiżdied l-għaqda fis-soċjetà.

Filmat: Miguela Xuereb, Ġurnalista: Monique Agius