Filmat: “Għandna 300 qattus: uħud ta’ anzjani li mietu”

Il-maniġer tas-Santwarju tal-Qtates Tomasina f’Ħal Luqa, Jane Debono, spjegat li fost it-300 qattus li għandhom bħalissa hemm dawk li jkunu ta’ anzjani li ttieħdu f’home jew mietu.

Ma’ Newsbook.com.mt, Debono appellat għal iktar voluntiera biex jgħinuhom fis-santwarju.  Fissret li x-xogħol jinkludi li jitimgħu l-qtates, inaddfu u anke f’każ tal-bżonn jagħtuhom il-kura medika.

Saħqet dwar id-diffikultà li jlaħħqu max-xogħol minħabba n-nuqqas ta’ voluntiera, u għaldaqstant “anke siegħa jew sagħtejn fil-ġimgħa” jkunu ta’ għajnuna.

Intant fissret kif il-qtates li jaslu għandhom jiġu aċċettati biss jekk tingħata donazzjoni, għax fi kliemha minkejja l-għajnuna finanzjarja mill-Gvern, “il-bżonn ma jispiċċa qatt”.