Filmat: “Għandi l-coronavirus iżda ma tliftx il-kuntentizza” – Iva Zanicchi

Iva Zanicchi

Il-kantanta veterana Taljana Iva Zanicchi tkellmet pubblikament dwar il-fatt li għandha l-coronavirus. Dan wara li għamlet filmat li mingħaliha li kienet qed tibgħatu privat lis-sieħeb tagħha u minflok kien qed jitwassal b’mod dirett fuq Facebook.

Il-kantanta ta’ 80 sena għaldaqstant għamlet filmat ieħor, din id-darba biex tindirizza lis-segwaċi tagħha fejn ikkonfermat li hija għandha l-coronavirus iżda li minkejja dan ma tilfitx il-kuntentizza.

Fil-filmat hija tidher liebsa l-ingwanti u l-maskra minħabba li mhix weħidha fid-dar u kkonfermat li ilha diġà tlett ijiem imsakkra d-dar. Qalet ukoll li oħtha, li tgħix fl-istess dar, ukoll ħadet il-virus mingħandha.

Zanicchi, li fl-1969 irrappreżentat l-Italja fil-Eurovision Song Contest, kif ukoll rajnieha b’mod regolari fi programmi tal-Mediaset bħal Live! Non e la D’Urso u Grande Fratello, it-tnejn fuq il-Canale 5, filwaqt li qalet li ma hemm xejn ħażin li wieħed jgħid li jkollu l-coronavirus, appellat in-nies biex jieħdu ħsieb tagħhom infushom.