Filmat: “Għandi demm Malti” – Jamie Carragher

Message Of Support To Malta - Jamie Carragher

As always, Jamie Carragher couldn’t let Gary Neville have the last word. Here is Liverpool legend and ex-captain giving his message of support to Malta.Get involved and submit your own videos for our video competition.https://www.maltatogether.com/video-competition

Posted by Malta Together on Tuesday, April 7, 2020

Jamie Carragher, il-plejer leġġendarju ta’ Liverpool, ingħaqad mas-superstars tal-futbol ta’ Manchester United Gary Neville u Ryan Giggs li flimkien ma’ maltatogether.com u l-Awtoritajiet tas-Saħħa qed jitolbu lill-pubbliku Malti biex jibqa’ d-dar mingħajr periklu waqt dawn iż-żminijiet delikati ħafna fi sforz biex ikun kontrollat it-tixrid tal-Covid-19.

Il-viċi-kap ta’ Liverpool u t-tieni l-iktar plejer li ilu jservi fil-klabb, Jamie Carragher jikkospita wieħed mill-aktar programmi popolari ta’ Sky Sports flimkien ma’ Gary Neville. Carragher u Neville tfaħħru għall-analiżi tagħhom, bir-rivalità ta’ bejniethom  iżżid mal-personalitajiet tagħhom  waqt il-programm.

Carragher, fil-messaġġ tiegħu biex il-Maltin jibqgħu siguri, ammetta li jifhem id-diffikultà li wieħed joqgħod id-dar u li jbiegħed lilu nnifsu mill-ħbieb u l-kollegi tiegħu, iżda din hija l-iktar ħaġa li tagħmel sens fiċ-ċirkostanzi tal-lum. Qal ukoll li li jimmissja ċ-ċajt tiegħu ma’ Gary Neville waqt il-programm.

Carragher żvela wkoll li huwa parzjalment Malti billi n-nannu tiegħu Paul Vassallo twieled Malta. Temm jgħid billi wera  x-xewqa tiegħu li jingħaqad ma’ Gary Neville waqt il-vjaġġ tiegħu li jmiss li jagħmel f’Malta ladarba l-pandemija tintemm.

Dwar Maltatogether.com

Maltatogether.com hija inizjattiva bla skop ta’ qligħ miġjub lilkom minn “The Academy of Givers”, assoċjazzjoni maħluqa biex tgħaqqad u tispira l-għoti soċjali fost il-komunità kummerċjali ta’ Malta.

Is-sit maltatogether.com bħalissa hija mmaniġjata minn Iniala Group li qed jimmirraw biex ikabbru l-inizjattiva u eventwalment tibda topera b’mod indipendenti.

Jekk tixtieq tagħmel volontarjat biex tgħin b’xi mod, tista’ tikkuntattjahom fuq staff@maltatogether.com

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn