Filmat: “Għandi 100 sena; kont nghin lill-vittmi tal-gwerra”

Mara li tgħix fir-residenza tal-Little Sisters of the Poor fil-Ħamrun irrakkuntat ma’ Newsbook.com.mt kif illum il-ġurnata għandha 100 sena. Qalet ukoll li kienet għamlet żmien sostanzjali tgħin lill-vittmi tal-gwerra.

Giovanna Zammit irrakkuntat kemm rat sfortuni quddiem għajnejha waqt il-ħidma tagħha mal-Isptar Blue Sisters f’Malta. Dan kien sptar ċkejken li kien idewwi biss persuni li qed jikkumbattu fil-gwerra u kien jitmexxa mis-Sorijiet tal-Little Company of Mary.

“Lanqas kont kapaċi nqum nagħmel belgħa te”

Meta mistoqsija dwar kif tħossha tgħix fir-residenza tal-Little Sisters of the Poor hi sostniet li tħossha tajjeb ħafna u spjegat li tiġi rispettata. Spjegat li minkejja li qabżet il-100 sena xorta tħossha tajba. Qalet li bħal kulħadd ikollha mumenti fejn tħossha xi ftit imdejqa, iżda mbagħad jgħaddi d-dwejjaq u tkompli l-ħajja normali.

“Sibnieha f’dar imnittna; kienu jaħsluha darba fill”

Ir-residenza tal-Little Sisters of the Poor tilqa’ fiha anzjani li għandhom aktar minn 60 sena u jkollhom pensjoni tant baxxa li ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu ħajja dinjituża.

Skont Sor Anastasia r-residenti tagħhom japprezzaw sal-inqas ħaġa li tagħmel magħhom u l-kelma “grazzi” dejjem ħierġa minn fommhom. Qalet li dawn in-nies jafu xi jfisser meta ma jkollok xejn.

“Lil Alfred wegħduh ħafna rigali; ma rċieva xejn”

Jekk tixtieq tgħinhom tista’ tasal wasla sar-residenza inti stess jew inkella ċċempel fuq 2124 6630.