Filmat: “Għandek tikkunsidra tmur lura ċ-ċirku”

Il-15-il puntata tat-tieni staġun tas-sensiela L-Għarusa se tixxandar illejla fuq TVM fil-ħin tad-8.50pm. Bħas-soltu l-episodju tal-lejla se jikxef aktar l-istorja tal-misterju marbut mal-għibien ta’ Bettina Gauci Fontana li seħħet lura fis-snin, kif ukoll il-misterju bil-libsa tal-għarusa.

Domenico ikun qed jimxi għall-affari tiegħu u jara lil Septa tisraq min-nies. Waqt li qed ikellimha jinduna li għandha tbenġila ġo wiċċha u jsaqsiha xi ġrala.

M’Angela tidher irrabjata ma’ Tonin, għax rat lil Bettina tbusu fuq ħaddejh u riedet tkun taf fuq xiex kienet il-konversazzjoni li kellhom.

Iżda Tonin ma jridx jgħidilha.

Bettina titkellem ma’ Amelia dwar in-namrat ta’ ommha Emilda. Iżda Amelia ma tantx qed tieħu pjaċir li kulħadd qed igħid li dan in-namrat tagħha. Diego jitkellem lil Septa u jerġa’ jsaqsiha dwar missieru.

Amelia taffaċja lil ommha u ssaqsiha dwar ir-raġel li ratha miegħu. Alan jistaqsi lil missieru Manwel għal aktar flus biex ikun jista’ jkompli r-riċerka tiegħu fuq il-libsa. Dun Pawl jiddiskuti ma’ omm Agostino d-dubji li għandha Amelia fuq Agostino.

L-Għarusa għandu kitba ta’ Audrey Brincat Dalli b’direzzjoni ta’ Steven Dalli u Justin Farrugia għal Sharp Shoot Media.