Filmat: Għandek iktar minn 60 sena? Tista’ tieħu sehem f’pantomima ġdida

Għandek ‘l fuq minn 60 sena? Tħobb tirreċta, tkanta u tiżfen? Dejjem kellek ix-xewqa li tieħu sehem f’pantomima?

Jekk tilħaq dawn il-kriterji kollha, id-direttrici Josette Ciappara qed tfittex lilek biex tkun membri fl-ensemble tal-pantomima ġdida li jismu Ħax-Xjuħ u li se titella’ minn Teatru Malta f’Diċembru li ġej.

L-awdizzjonijiet se jsiru fit-Teatru Metanoja f’Ħal-Luqa fil-21 ta’ Settembru bejn id-9.00 am u t-3.00 pm.

Jekk inti interessat/a, tista’ ċċempel fuq 21 220255  bejn it-8 ta’ filgħodu u l-4 ta’ wara nofsinhar, tibgħat email fuq contact@teatrumalta.org.mt jew thalli message fil-pagna ta’ Facebook ta’ Teatru Malta sa mhux aktar tard mit-Tnejn 16 ta’ Settembru 2019.