Filmat: “Għamilt dak kollu li stajt biex nipproteġi l-annimali” – Moira

Moira Delia hija t-tielet personalità li Frederick Zammit intervista fis-sensiela Let’s Chat. F’din l-intervista li tistgħu ssegwu fil-filmat Moira Delia, li bħal-lejla tippreżenta l-programm Animal Diaries fis-7pm fuq TVM, titkellem dwar it-terapija li joffru l-annimali ġewwa darna.

Moira titkellem fuq l-inizjattiva biex tingħata għajnuna lil dawk li jitimgħu il-qtates tat-triq, kemm dawk li kellhom problema d-dar minħabba li kien hemm min kellu jidħol għal kura. Hemm ukoll dawk li għal xi raġuni ma setgħux iħallsu f’dan il-perjodu jixtru l-ikel li ssoltu jħallsu minn buthom.

S’issa l-inizjattiva ta’ Moira u Alison Bezzina wasslet biex jiġu mgħejjuna 115 feeder hekk kif tqassmu diġà 180 xkora ta’ bejn il-15 kilo u l-20 kilo biex l-annimali ta’ barra jibqgħu jingħataw l-ikel.

L-inizjattiva għadha għaddejja u l-iċken donazzjoni tgħin biex ikun jistgħu ikomplu b’din l-għajnuna u dan biex min irid jista’ jibgħat jew permezz ta’ Revolut jew BOV Mobile fuq 77654321.

Hemm ukoll numru ieħor, 77550550 li qiegħed hemm biex min għandu problemi relati mal-annimali, jista’ jċempel ukoll fuqu.

Hi rringrazzjat ukoll lil Dr Lydia Abela, li wkoll tħobb l-annimali, u li ħadmet id f’id ma’ dan il-grupp biex isir dak kollu li kien hemm bżonn biex

Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat f’din il-paġna.