Filmat: “Għamilna dan it-taħbit żgħir flimkien” – Ben Haenow

Ben Haenow, li kien ir-rebbieħ tal-X Factor fl-2014, se jkun missier għall-ewwel darba ma’ martu Jessica.

Ben ħabbar l-aħbar fuq Instagram flimkien ma’ vidjo meħud waqt scan. Waqt il-clip jinstema’ t-taħbit tal-qalb tat-tarbija.

Huwa kiteb: “Allura jien u l-mara sabiħa tiegħi ilna naħdmu fuq ħaġa ġdida għas-sena d-dieħla. Għamilna dan it-taħbit żgħir flimkien!”

Is-segwaċi ta’ Ben ġrew biex jifirħu lill-koppja li żżewġu fl-2017.

Ben u Jessica żżewġu fl-Italja minn fejn oriġinarjament ġiet il-familja tiegħu. Kienu ilhom flimkien 10 snin qabel Ben talabha biex tiżżewġu. Ben qal lil wieħed mill-ġurnali ewlenin Ingliżi:  “Aħna żżewwiġna f’belt żgħira fit-Tramuntana tal-Italja, fejn in-nanna tiegħi kibret, ħdejn ix-xmara Brenta.”

Ben ma’ martu Jessica u n-nanna RIta. Ritratt: Instagram

Ben, eks stilla tal-ITV,  ammetta li kienet iebsa li jżomm relazzjoni tajba ma’ Jessica filwaqt li jkompli jiffoka fuq il-karriera mużikali tiegħu.