​Filmat: Għalliema u studenti jiġru bil-piġama fil-Happy School

Fejn is-soltu wieħed jara  purċissjoni  tfal lebsin abjad u blu deħlin fl-entratura tal-iskola primarja tar-Rabat Għawdex, illum kien hemm festa ta’ kuluri, hekk kif l-istudenti flimkien mal-għalliema marru l-iskola bil-piġama.
Kienu madwar 350 tifel u tifla flimkien ma’ 40 għalliem, LSA u Kindergarten Assistants li minn ġos-sodda baqgħu sejrin l-iskola bil-piġama. Dan bħala solidarjetà ma’ dawk it-tfal li jkollhom jilbsu l-piġama għall-ġimgħat sħaħ anke jekk ma jkunux iridu.
Taw ukoll donazzjoni ta’ ewro jew aktar b’risq Puttinu Cares.
L-idea tal-Jum bil-Piġama f’din l-iskola, li tissejjaħ ukoll il-Happy School, nibtet hekk kif fl-aħħar xhur student tal-iskola tiegħu kellu bżonn il-kura u sab l-għajnuna ta’ Puttinu Cares.
Filmat: Beppe Galea