Filmat: Għalliema akkużata li sfurzat tifel biex taqtalu xagħru fil-klassi

Għalliema fl-Istati Uniti qed tiġi akkużata li sfurzat student fil-klassi tagħha sabiex taqtalu xagħru. Margaret Gieszinger li għandha 52 sena inqabdet f’filmat taqta’ xagħar student u tisfruzah ipoġġi bilqegħda fuq quddiem tal-klassi, filwaqt li kantant l-innu nazzjonali tal-Amerka.

Il-filmat juri l-istudenti l-oħra fil-klassi jaħarbu jiġru l-barra wara l-għalliema tal-kimika ppruvat tagħmel l-istess lil tfajla oħra fil-klassi.

Il-Pulizija ntalbu jmorru l-University Preparatory High School li tinsab fi Visalia ġewwa Kalifornja nhar l-erba’ minħabba rapport li daħal jgħid li kien hemm periklu li għalliema tkorri xi studenti b’imqass.

Gieszinger ġiet arrestata u aktar tard ġiet akkużata li poġġiet tfal fil-periklu. Il-ħelsien mill-arrest tagħha jseħħ biss jekk wieħed iħallas $100,000.

Il-filmat li nfirex fuq il-midja soċjali juri lill-għalliema tordna student ipoġġi fuq quddiem tal-klassi u meta dan iqum minn hemm tgħidlu li għadha mhix lesta minnhu. Iktar tard tidher taqta biċċiet tax-xagħar tal-istess student, tkanta l-innu tal-Amerka bil-lirika ħażina, u tarmi x-xagħar li taqta’ warajha.