Filmat: “Għaliex niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Karmnu?”

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Ġovann Tabone u Charmaine Rossiter Attard, editur ta’ newsbook.com.mt

Il-qari tal-ġurnata

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek.” Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok”. U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.