Filmat: Għalfejn Maurizio se jmur għand is-Surġent?

Fattigi jkompli llejla b’episodju ieħor li jixxandar fuq l-istazzjon Net fid-8.45pm u se naraw lil Sister Margerita tmur taħdem l-aħħar ġranet fid-dar tat-tfal filwaqt li Catherine tieħu t-tmexxija ta’ din l-istess dar.

Lil Francis se narawha tħossha kburija bil-pożizzjoni ġdida li għandha titkellem ma’ Bertu dwar x’qed jiġri fil-home.

Maurizio jiddeċiedi li jmur għand is-Surġent biex jgħidlu kollox.

Jonathan jiffaċċja sfidi ġodda.

Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra:

Dawn huma aktar xeni mill-puntata tal-lejla, is-26 waħda mit-tieni staġun:

Fattigi għandu produzzjoni ta’ Watermelon Media.