Filmat: Għal naqra ma niżilx fuq balena!

Il-mument meta ajruplan kien kważi niżel fuq balena spiċċa filmat popolari ħafna fuq l-internet.
Il-filmat ittieħed f’Angoon, l-Alaska, minn mowbajl u juri l-ajruplan jinżel ftit metri biss 'il bogħod mill-post fejn telgħet tieħu n-nifs il-balena.
Il-bdot tal-ajruplan induna bil-balena li kienet tinsab taħtu bl-ilma li tajret il-balena bin-nifs tagħha.